Sunday, October 12, 2008

Il-Hadd - 12 ta' Ottubru - JUM IL-FESTA




Fr Ivan Scicluna jaqra l-Evangelu
Bro. Berthrand VElla OFMCap
Jethro










Ghal grazzja t'Alla wasal jum il-festa. Ic-celebrazzjoni Ewkaristika kienet immexxija mill-Provincjal tal-Kapuccin Patri Joe Alessandro OFMCap u kien assist min Patri Hayden Williams OFMCap, Gwardjan tal-Kommunita' Rangiskana Kapuccini tal-Kalkara u Patri Provincjal Samiel Chetcuti OFMConv li ghamel ukoll l-omelija. Il-patrijiet tal-Kommunita' Kapuccini tal-Kalkara kien ukoll kollha prezenti. Wara il-quddiesa sar riceviment fis-sala.


Fis-isem il-Fraternita' OFS nixiteq nirringrazzja lill Alla l-Imbierek tal-ghajnuna lil jaghtina kontinwament u lil hutna ta' l-Ewwel Ordni li minghajr l-ghajnuna u l-koperazzjoni taghhom il-festi ta' matul din il-gimgha kienu jkunu mpossibli.


Ministru- OFS -Kalkara.

Is-Sibt Lejlet il-Festa









Fil-5.30PM beda ir-ruzarju u fis-6.00PM Patri Gwakkin Mercieca OFMCap ghamel it-Translazzjoni tar-relikwa minn fuq l-artal ta' San Frangisk ghal fuq l-artal maggur filwaqt li Bro. Dennis Calleja OFMCap talab l-Ghasar.

Il-quddiesa kienet iccelebrata min Patri Martin Coliero OFM. Fl-omelija Patri Martin imfasizza fuq in-nuqqas kbir ta' moralita' li qeghdin nghixu. Aktar nistinkaw biex naghmlu aktar flus milli biex insiru naf it-triq veru t'Alla. Jekk naghmlux lil Alla l-ghan ewlieni taghna nkunu bhal dak li mar ghal festa tat-tieg u ma kienx libes ghal festa.




OFS - Kalkara

Saturday, October 11, 2008

Vestizzjoni u Professjoni
















Il-qofol tac-cerimonja tal-lum kienet il-Vestizzjoni ta' tlett membri godda u tnejn Professjoni perpetwa. Ic-cerimonja giet immexxija mill-Ministru Joe Caruana u l-Mastru tal-Formazzjoni Anglus Demanuelle flimkien mac-celebrant Patri Hayden Williams OFMCap.






OFS -Kalkara

Ir-Raba' Jum tat-Tridu







Il-Gimgha kien ir-raba' jum tat-Tridu jum importanti ghal hamsa min hutna ghax tlieta minnhom ghamlu l-Professjoni perpetwa, filwaqt li tnejn ohra bdew il-mixja fil-hajja ta' l-Ordni Frangisk Sekular. I-celebrazzjoni Ewkaristika saret mill-Gwardjan tal-Kommunita' Frangiskana kif ukoll assistent spiritwali tal-Fraternita' OFS-Kalkara Patri Hayden Williams OFMCap. Patri Hayden spjega car xi jfisser il-pass tal-professjoni u xi kont iridu naghtu lil Hallieq taghna fuq il-weghda li nkunu tajna lilU waqt il-professjoni. Tista tghid li l-omelija kienet veru an eye-opener.




OFS - Kalkara

Friday, October 10, 2008

It-Tielet Jum tat-Tridu







Bl-ghajnuna t'Alla wasalna ghat-tielet jum tat-Tridu u ghal dan il-jum ic-celebrazzjoni Ewkaristika kienet f'idejn Patri William Bartolo OFMConv. It-tema ghall-omelija kienet San Frangisk u l-Ewkaristija u Patri William tah spjega sabiha hafna u kommoventi dwar kemm Missierna San Frangisk kien devot ta' l-Ewkaristija u xi stima kbira kellu lejn dan il-Misteru hekk kbir. Fic-celebrazzjoni Patri William kien assistit minn Patri Hayden Williams OFMCap u c-ceremonier kien Bro Claudio Falzon OFMCap. Norbert Agius u Tony Azzopardi qraw il-lezzjoni u t-talba tal-komunita' rispettivament, u sinjuri Tony u Frnageska Frendo teghlu l-offerti.




OFS -Kalkara.


It-Tieni Jum tat-Tridu






It-tieni jum tat-Tridu beda bir-ruzarju lill-Ommna Marija quddiem Gesu sponut. Wara, Patri Gwakkin Mercieca OFMCap tah il-barka sagramentali. Il-quddiesa kienet iccelebrata min Patri Anton Farrugia OFM u fl-omelija tkellem dwar San Frangisk u l-kelma t'Alla. Jennifer Loffat qrat l-ewwel lezzjoni, u Joe Mallia qara t-talba tal-komunita'. Wara c-celebrazzjoni Patri Anton gie mistieden fil-kmara tal-kunsill tal-Fraternita' OFS fejn kellu l-okkazzjoni li jiltaqa mall-membri tal-kunsill.


OFS - Kalkara.

Il-Festa ad unur Missierna San Frangisk





Ghal sena ohra reggha misitna x-xorti li flimkien niccelebraw l-festa ta' Missierna San Frangisk fil-knisja u l-fraternita' taghna ta' Sta Liberata, Kalkara. Nhar it-Tnejn 6 ta' Ottubru tajna bidu ghat Tridu tal-festa b'quddiesa gewwa l-parrocca ta' San Guzepp il-Kalkara. Patri Godfrey Zarb OFMCap flimkien mall-Kappillan Dun Anton Galea Scanura ccelebraw l-Ewkaristija Mqaddsa u Patri Godfrey ghamel l-omelija. Emanuel Vella qara l-ewwel lezzjoni u Salvu Pae qara t-talb tal-komunita.




OFS - Kalkara