Tuesday, May 26, 2009

Jublew tal-Fidda ta' Mons. Pawlu Darmanin OFMCap

Il-Kommunita Frangiskana Kapuccini, flimkien mall-Fraternita' OFS Kalkara laqghu f'hdanhom lil Mons. Pawlu Darmanin OFMCap, isqof ta' Garissa gewwa l-Kenja biex flimkien jiccelebraw u jirringrazzjaw lil Alla l-imbierek fl-okkazzjoni tal-jublew tal-fidda min meta Mons Pawlu Darmanin gie kkonsagrat isqof. Qabel il-quddiesa membri tal-Kunsill OFS ipprezentaw lill-Isqof Darmanin ghotja ta' 370 ewro li gew migbura min fost il-membri tal-Fraternita' ta' l-Ordni Frangiskan Sekular tal-Kalkara. L-isqof irringrazzja lil membri u talabhom jitolbu hafna ghalih u ghal missjunarji tal-Kenja u ghal dawk kollha madwar id-dinja.



Wara c-celebrazzjoni Ewkaristika Mons Darmanin flimkien mall-Kommunita' tal-Patrijiet kien mistieden fil-kamra tal-OFS ghal kafe fejn tkellem mall-membri u dawk prezenti.



Jalla l-Mulej jisilfu ghomor twil u sahha halli jkompli fix-xoghol fejjiedi tieghi .










Sunday, May 10, 2009

Attivitajiet ghal Mejju.


  • It-Tnejn 11 ta' Mejju wara l-quddiesa tas-6.30PM jkollna s-soltu laqgha ma Fr Franco Fenech OFMCap ghal adorazzjoni quddiem Gesu' Sagrament.

  • Il-Hadd 17 ta' Mejju niccelebraw Jum il-Missjoni Kapuccina gewwa l-Floriana flimkien ma hutna ta' l-Ewwel Ordni. Din is-sena hija specjali minhabba li l-isqof Pawlu Darmanin qieghed jiccelbra l-gublew tal-fidda min mindu gie mahtur isqof.

  • Is-Sibt 23 ta' Mejju l-Isqof Pawlu darmanin ser ikun fil-knisja taghna fejn ser jiccelbra quddiesa ta' ringrazzjament. L-OFS ser taghmel gabra biex tirregalla lill-Isqof.

  • It-Tnejn 25 ta' Mejju tahdita nteressanti hafna min Patri Ivan Scicluna fis-sensiela li nedjna din is-sena biex insahhu l-formazzjoni taghna. I-suggett sejjer ikun "It-talb ta' San Frangisk."

Nitlob lil membri kollha tal-Fraternita' taghna biex jattendu ghal dawn l-attivitajiet.


OFS -Kalkara