Thursday, March 19, 2009

Via Sagra f'Ghawdex







Bhas-sena l-ohra l-Fraternita' taghna regghet organizzat l-Via Sagra fuq l-gholja Ta' Pinu. It-talb kien immexxi minn Patri Franco Fenech OFMCap kif ukoll minn membri tal-Fraternita'. Wara l-Via Sagra Patri Franco ghamel ic-celebrazzjoni Ewkarisitka fuq l-gholja. Dan kien possibli peress it-temp sabih li ghamel. Flok l-omelija, l-Mastru tan-novizzi, Anglu Demanuelle ghamel hsieb zghir fuq l-imhabba li ghandna jkollna lejn Alla l-Imbierek u lejn Ommu Marija billi nirrecitaw r-



Ruzarju kuljum.



Wara c-celebrazzjoni Ewkaristika tlaqna ghal zjara qasira r-Rabat, mbaghad minn hemm morna x-Xlendi ghall-ikel. Wara passiggata gewwa x-Xlendi tlaqna lejn l-Mgarr ghar-ritron lejn Malta.



Bl-ghajnuna t'Alla qatajna gurnata flimkien fit-talb u l-mistrieh.






Joe Caruana.

Sunday, March 15, 2009

Irtir Randan 2009

Bhal snin mghoddija l-Fraternita' taghna regghet zammet l-appuntament ghall-irtir tar-Randan. Bhal snin ohrajn gew mistiedna Fraternitajiet ohrajn. Dawk li attendew kienu dawk ta' B'Kara, flimkien mall-Ministru Nazzjonali Godwin Vella Clark, kif ukoll dawk tal-Marsa Trinita' u ta' Ghajn Dwieli.



In-nofs tan-nhar talb beda bil-qari ta' sbih il-jum immexxi minn Patri Ivan Scicluna OFMCap li wara ghamel il-konferenza*. Is-suggett maghzul kien Id-Dixxipulat skond San Gwann. F'diskors sabih ta' siegha, li ghadda f'leha ta' berqa, Patri Ivan tkellem dwar kif Alla jsejjah, u gab l-ezempji ta' Gwanni Pawlu 2 u dak t'Ommna Marija Santissima.



Wara waqfa ghal kafe saret nofs siegha adorazzjoni mmexxija minn Norbert Agius, membru fil-Fraternita' taghna. u l-barka Sagramentali mill-Asssitent Spiritwali Patri Hayden Immedjatament wara bdiet c-cerimonja Ewkaristika minn Patri Hayden li qal li l-irtir huwa mixja fid-dezert li twassalna ghall-ghoti tal-manna....l-Ewkaristija. Waqt l-omelija, Patri Hayden tkellem dwar il-bidla li ghandu jaghmel in-nisrani specjalment ahna, membri tat-Tielet Ordni ta' San Frangisk; bidla mill-hajja ghal Vangelu, u mill-Vangelu ghal hajja kif ghamel il-Fundatur taghna. Dan ghandu ssir billi nharsu sew lejn il-priedka tal-Beatitudnijiet fejn fiha ghandna naraw il-karatru veru ta' Sidna Gesu u x'ried ifisser meta qal ," jien ma gejtx biex inhassar il-ligi, izda biex nipperfezjona."

*Biex taqra il-kontenut shih tal-konferenza kklikja fuq dan il-link.

http://sfoformationmalta.blogspot.com/2009/03/irtir-randan-2009-minn-fr-ivan-scicluna.html



Joe Caruana.

Wednesday, March 4, 2009

Attivitajiet tal-Fraternita'

Ghal dan ix-xahar ta' Marzu l-Fraternita' ippreparat is-soltu rtir tar-Randan li sejjer issir nhar il-Hadd 15 ta' Marzu. Ic-celebrazzjoni Ewkarisitka sejra issir mill-Asssitent Spiritwali taghna Patri Hayden Williams OFMCap. Il-konferenza se jaghmila Patri Ivan Scicluna OFMCap.



Ghas-17 ta' Marzu ghandna it-tielet laqgha fis-sensiela gdida ta' laqgaht ta' Formazzjoni li qeghdin naghmlu din is-sena. Is-suggett ser ikun ; "Il-vizzju u l-virtu fil-kitbiet ta' San Frangisk." Il-kellimi huwa Patri Manwel Barbara OFMCap.



Ghal-lejl ta' Hamis ix-Xirka Patri Franco Fenech OFMCap sejjer ikun maghna bhal snin ohra biex flimkien inqattu siegha quddiem Gesu Sagramentat.



Nixtieqilkom paci u gid .





Joe Caruana

Ministru.