Saturday, June 27, 2009

Il-Kunsill tal-Hamrun


F'Gunju sar il-Kapitlu tal Fraternita' tal-Hamrun u gie elett kunsill gdid. Il-kunsilliera l-godda huma:



  1. Ministru: Manwel Muscat

  2. Vici Minsitru: Lina Muscat

  3. Segretarju: Emanuel Mallia

  4. Kaxxiera: Fanca Zammit

  5. Membri: Joyce Zammit, Raymond Zammit u Doris Naudi.

L-Assistenti Spiritwali huwa Patri Marcellino Micallef OFM. Ghal Kapitlu kien hemm prezenti l-Minsitru Nazzjonali Godwin vella Clark kif ukoll Patri Martin Coliero OFM li huwa l-Assitent Spritwali Nazzjonali tal-Kommunita' tal-Frangiskani Minuri.

Tuesday, May 26, 2009

Jublew tal-Fidda ta' Mons. Pawlu Darmanin OFMCap

Il-Kommunita Frangiskana Kapuccini, flimkien mall-Fraternita' OFS Kalkara laqghu f'hdanhom lil Mons. Pawlu Darmanin OFMCap, isqof ta' Garissa gewwa l-Kenja biex flimkien jiccelebraw u jirringrazzjaw lil Alla l-imbierek fl-okkazzjoni tal-jublew tal-fidda min meta Mons Pawlu Darmanin gie kkonsagrat isqof. Qabel il-quddiesa membri tal-Kunsill OFS ipprezentaw lill-Isqof Darmanin ghotja ta' 370 ewro li gew migbura min fost il-membri tal-Fraternita' ta' l-Ordni Frangiskan Sekular tal-Kalkara. L-isqof irringrazzja lil membri u talabhom jitolbu hafna ghalih u ghal missjunarji tal-Kenja u ghal dawk kollha madwar id-dinja.



Wara c-celebrazzjoni Ewkaristika Mons Darmanin flimkien mall-Kommunita' tal-Patrijiet kien mistieden fil-kamra tal-OFS ghal kafe fejn tkellem mall-membri u dawk prezenti.



Jalla l-Mulej jisilfu ghomor twil u sahha halli jkompli fix-xoghol fejjiedi tieghi .










Sunday, May 10, 2009

Attivitajiet ghal Mejju.


  • It-Tnejn 11 ta' Mejju wara l-quddiesa tas-6.30PM jkollna s-soltu laqgha ma Fr Franco Fenech OFMCap ghal adorazzjoni quddiem Gesu' Sagrament.

  • Il-Hadd 17 ta' Mejju niccelebraw Jum il-Missjoni Kapuccina gewwa l-Floriana flimkien ma hutna ta' l-Ewwel Ordni. Din is-sena hija specjali minhabba li l-isqof Pawlu Darmanin qieghed jiccelbra l-gublew tal-fidda min mindu gie mahtur isqof.

  • Is-Sibt 23 ta' Mejju l-Isqof Pawlu darmanin ser ikun fil-knisja taghna fejn ser jiccelbra quddiesa ta' ringrazzjament. L-OFS ser taghmel gabra biex tirregalla lill-Isqof.

  • It-Tnejn 25 ta' Mejju tahdita nteressanti hafna min Patri Ivan Scicluna fis-sensiela li nedjna din is-sena biex insahhu l-formazzjoni taghna. I-suggett sejjer ikun "It-talb ta' San Frangisk."

Nitlob lil membri kollha tal-Fraternita' taghna biex jattendu ghal dawn l-attivitajiet.


OFS -Kalkara

Thursday, March 19, 2009

Via Sagra f'Ghawdex







Bhas-sena l-ohra l-Fraternita' taghna regghet organizzat l-Via Sagra fuq l-gholja Ta' Pinu. It-talb kien immexxi minn Patri Franco Fenech OFMCap kif ukoll minn membri tal-Fraternita'. Wara l-Via Sagra Patri Franco ghamel ic-celebrazzjoni Ewkarisitka fuq l-gholja. Dan kien possibli peress it-temp sabih li ghamel. Flok l-omelija, l-Mastru tan-novizzi, Anglu Demanuelle ghamel hsieb zghir fuq l-imhabba li ghandna jkollna lejn Alla l-Imbierek u lejn Ommu Marija billi nirrecitaw r-



Ruzarju kuljum.



Wara c-celebrazzjoni Ewkaristika tlaqna ghal zjara qasira r-Rabat, mbaghad minn hemm morna x-Xlendi ghall-ikel. Wara passiggata gewwa x-Xlendi tlaqna lejn l-Mgarr ghar-ritron lejn Malta.



Bl-ghajnuna t'Alla qatajna gurnata flimkien fit-talb u l-mistrieh.






Joe Caruana.

Sunday, March 15, 2009

Irtir Randan 2009

Bhal snin mghoddija l-Fraternita' taghna regghet zammet l-appuntament ghall-irtir tar-Randan. Bhal snin ohrajn gew mistiedna Fraternitajiet ohrajn. Dawk li attendew kienu dawk ta' B'Kara, flimkien mall-Ministru Nazzjonali Godwin Vella Clark, kif ukoll dawk tal-Marsa Trinita' u ta' Ghajn Dwieli.



In-nofs tan-nhar talb beda bil-qari ta' sbih il-jum immexxi minn Patri Ivan Scicluna OFMCap li wara ghamel il-konferenza*. Is-suggett maghzul kien Id-Dixxipulat skond San Gwann. F'diskors sabih ta' siegha, li ghadda f'leha ta' berqa, Patri Ivan tkellem dwar kif Alla jsejjah, u gab l-ezempji ta' Gwanni Pawlu 2 u dak t'Ommna Marija Santissima.



Wara waqfa ghal kafe saret nofs siegha adorazzjoni mmexxija minn Norbert Agius, membru fil-Fraternita' taghna. u l-barka Sagramentali mill-Asssitent Spiritwali Patri Hayden Immedjatament wara bdiet c-cerimonja Ewkaristika minn Patri Hayden li qal li l-irtir huwa mixja fid-dezert li twassalna ghall-ghoti tal-manna....l-Ewkaristija. Waqt l-omelija, Patri Hayden tkellem dwar il-bidla li ghandu jaghmel in-nisrani specjalment ahna, membri tat-Tielet Ordni ta' San Frangisk; bidla mill-hajja ghal Vangelu, u mill-Vangelu ghal hajja kif ghamel il-Fundatur taghna. Dan ghandu ssir billi nharsu sew lejn il-priedka tal-Beatitudnijiet fejn fiha ghandna naraw il-karatru veru ta' Sidna Gesu u x'ried ifisser meta qal ," jien ma gejtx biex inhassar il-ligi, izda biex nipperfezjona."

*Biex taqra il-kontenut shih tal-konferenza kklikja fuq dan il-link.

http://sfoformationmalta.blogspot.com/2009/03/irtir-randan-2009-minn-fr-ivan-scicluna.html



Joe Caruana.