Saturday, October 11, 2008

Ir-Raba' Jum tat-Tridu







Il-Gimgha kien ir-raba' jum tat-Tridu jum importanti ghal hamsa min hutna ghax tlieta minnhom ghamlu l-Professjoni perpetwa, filwaqt li tnejn ohra bdew il-mixja fil-hajja ta' l-Ordni Frangisk Sekular. I-celebrazzjoni Ewkaristika saret mill-Gwardjan tal-Kommunita' Frangiskana kif ukoll assistent spiritwali tal-Fraternita' OFS-Kalkara Patri Hayden Williams OFMCap. Patri Hayden spjega car xi jfisser il-pass tal-professjoni u xi kont iridu naghtu lil Hallieq taghna fuq il-weghda li nkunu tajna lilU waqt il-professjoni. Tista tghid li l-omelija kienet veru an eye-opener.




OFS - Kalkara

Friday, October 10, 2008

It-Tielet Jum tat-Tridu







Bl-ghajnuna t'Alla wasalna ghat-tielet jum tat-Tridu u ghal dan il-jum ic-celebrazzjoni Ewkaristika kienet f'idejn Patri William Bartolo OFMConv. It-tema ghall-omelija kienet San Frangisk u l-Ewkaristija u Patri William tah spjega sabiha hafna u kommoventi dwar kemm Missierna San Frangisk kien devot ta' l-Ewkaristija u xi stima kbira kellu lejn dan il-Misteru hekk kbir. Fic-celebrazzjoni Patri William kien assistit minn Patri Hayden Williams OFMCap u c-ceremonier kien Bro Claudio Falzon OFMCap. Norbert Agius u Tony Azzopardi qraw il-lezzjoni u t-talba tal-komunita' rispettivament, u sinjuri Tony u Frnageska Frendo teghlu l-offerti.




OFS -Kalkara.


It-Tieni Jum tat-Tridu






It-tieni jum tat-Tridu beda bir-ruzarju lill-Ommna Marija quddiem Gesu sponut. Wara, Patri Gwakkin Mercieca OFMCap tah il-barka sagramentali. Il-quddiesa kienet iccelebrata min Patri Anton Farrugia OFM u fl-omelija tkellem dwar San Frangisk u l-kelma t'Alla. Jennifer Loffat qrat l-ewwel lezzjoni, u Joe Mallia qara t-talba tal-komunita'. Wara c-celebrazzjoni Patri Anton gie mistieden fil-kmara tal-kunsill tal-Fraternita' OFS fejn kellu l-okkazzjoni li jiltaqa mall-membri tal-kunsill.


OFS - Kalkara.

Il-Festa ad unur Missierna San Frangisk





Ghal sena ohra reggha misitna x-xorti li flimkien niccelebraw l-festa ta' Missierna San Frangisk fil-knisja u l-fraternita' taghna ta' Sta Liberata, Kalkara. Nhar it-Tnejn 6 ta' Ottubru tajna bidu ghat Tridu tal-festa b'quddiesa gewwa l-parrocca ta' San Guzepp il-Kalkara. Patri Godfrey Zarb OFMCap flimkien mall-Kappillan Dun Anton Galea Scanura ccelebraw l-Ewkaristija Mqaddsa u Patri Godfrey ghamel l-omelija. Emanuel Vella qara l-ewwel lezzjoni u Salvu Pae qara t-talb tal-komunita.




OFS - Kalkara

Sunday, September 28, 2008

Festa ta' Missierna San Frangisk fil-knisja taghna

Program tal-festa ta’ Missierna San Frangisk iccelebrata fil-knisja Santa Liberata – Kalkara bejn is-6-12 ta’ Ottubru 2008


It-Tnejn 6 ta’ Ottubru 2008

Quddiesa fil-Parrocca San Guzepp
6.00PM Ruzarju
6.30PM Quddiesa minn Dun Anton Galea Scanura,
Kappillan tal-Parrocca. Omelija minn Patri
Godfrey Zarb OFMCap.

L-Erbgha 8 ta’ Ottubru 2008

.6.00PM Ruzarju
6.30PM Quddiesa minn P. Anton Farrugia OFM
Tema: San Frangisk u l-Kelma t’Alla
Kor: Adonai

Il-Hamis 9 ta’ Ottubru 2008

6.00PM Ruzarju
6.30PM Quddiesa minn P. Donald Bellizzi OFMConv
Kappillan ta’ Burmarrad
Tema: San Frangisk u l-Ewkaristija
Kor: Shalom

Il-Gimgha 10 ta’ Ottubru 2008

6.00PM Ruzarju
6.30PM Quddiesa minn P. Hayden Williams OFMCap
Gwardjan tal-Kommunita’ u Assistant Spiritwali.
Issir il-vestizjoni u professjoni tal-membri [odda.
Kor: Adonai

Is-Sibt 11 ta’ Ottubru 2008

5.30PM Ruzarju
6.00PM Translazzjoni Solenni tar-Relikwa ta’ Missierna San
Frangisk u kant tal-Ghasar.
6.30PM Quddiesa Solenni minn

Kor: Shalom

Il-Hadd Jum il-festa 12 ta’ Ottubru 2008

5.30pm Ruzarju
6.00PM Quddiesa Solenni kkoncelebrata bil-kant tas-Salmi
Mmexxija mill-WRP Joe Alessandro OFMCap,
WRP Sandro Overend OFM, Provincjal tal-Minuri,
l-WRP Samuel Chetcuti OFMConv, Provincjal tal-
Konventwali li jag]mel ukoll l-omelija.Issir ic-celeb-
Razzjoni tad-da]la ta’ San Frangisk fis-sema u t-
Ti[did tal-weghdiet Religjuzi ta’ l-Ahwa ta’ l-Ewwel
U t-Tielet Ordni Frangiskani.Kant waqt ic-celeb-
Razzjoni mill-Kor SAN GUZEPP tal-Parrocca tal-Kalkara.

Tuesday, August 5, 2008

Festa tal-Porziuncola






Ghall-ewwel darba l-Fraternita' taghna iddecidiet li ticcelebra l-festa tal-Porziuncola u biex nidhlu jzjed fl-ispirtu gie deciz li c-celebrazzjoni issir gil-knisja tal-Madonna ta' l-Angli gewwa Bahar ic-Caghaq. Gew mistiedna l-fraternitajiet kollha ta' Malta li nkonkorew b'hgarhom. Ic-celebrazzjoni kien imexxija min Patri Julian Sammut OFM li sillet l-omelija mill-isbah dwar l-Porziuncola u l-hajja ta' Missierna San Frangisk f'din il-kappella qaddisa. Kien assist min Patri Godfrey Zarb OFMCap, u Patri Martin Coliero OFM li huma assistenti spiritwali fil-Kunsill Nazzjonali ta' l-OFS u Patri Gwardjan Christopher Farrugia OFM. Fr Hayden Williams OFMCap, u Fr Joseph Callejja OFMCap kantaw waqt ic-celebrazzjoni Ewkaristika. Wara saret reception fis-sala tal-parrocca.


OFS - Kalkara.

Friday, May 23, 2008

Ikla Fraterna


Il-holma tal-kunsill OFS tal-Kalkara saret realta' meta ix-xoghol u l-ippjanar tah il-frott tieghu hekk kif nhar it-Tlieta 20 ta' Gunju, saret l-ikla fraterna bejn il-membri ta' l-OFS u dik tal-Patrijiet. L-attendenza minn naha tal-lajci kienet numeruza kif ukoll l-Ahwa ta' l-Ewwel Ordni kienu kollha prezenti u mit-tbissima li kellhom fuq xuftejhom kien jidher car li kien qeghdin jeihdu pjaccir. Ghal din l-okkazzjoni kien ukoll mistieden il-kappillan tal-Kalkara ir-Reverendu Dun Anton Galea Scannura.


L-idea ghal din l-ikla giet murija lil Gwardjan Patri Hayden Williams li huwa ukoll l-Assistent Spiritwali tal-Fraternita waqt l-laqgha tal-kunsill u wara li wieghed li kien sejjer jghaddi s-suggeriment lill-patrijiet dan inogob u l-idea saret realta'.


Jalla ikollna hafna bhal dawn l-okkazzjonijiet li bla dubju jhallu frott kbir u tikber il-koperazzjoni u l-hajja fraterna bejna u dik tal-Patrijeit hutna.


OFS_Kalkara