Sunday, March 15, 2009

Irtir Randan 2009

Bhal snin mghoddija l-Fraternita' taghna regghet zammet l-appuntament ghall-irtir tar-Randan. Bhal snin ohrajn gew mistiedna Fraternitajiet ohrajn. Dawk li attendew kienu dawk ta' B'Kara, flimkien mall-Ministru Nazzjonali Godwin Vella Clark, kif ukoll dawk tal-Marsa Trinita' u ta' Ghajn Dwieli.



In-nofs tan-nhar talb beda bil-qari ta' sbih il-jum immexxi minn Patri Ivan Scicluna OFMCap li wara ghamel il-konferenza*. Is-suggett maghzul kien Id-Dixxipulat skond San Gwann. F'diskors sabih ta' siegha, li ghadda f'leha ta' berqa, Patri Ivan tkellem dwar kif Alla jsejjah, u gab l-ezempji ta' Gwanni Pawlu 2 u dak t'Ommna Marija Santissima.



Wara waqfa ghal kafe saret nofs siegha adorazzjoni mmexxija minn Norbert Agius, membru fil-Fraternita' taghna. u l-barka Sagramentali mill-Asssitent Spiritwali Patri Hayden Immedjatament wara bdiet c-cerimonja Ewkaristika minn Patri Hayden li qal li l-irtir huwa mixja fid-dezert li twassalna ghall-ghoti tal-manna....l-Ewkaristija. Waqt l-omelija, Patri Hayden tkellem dwar il-bidla li ghandu jaghmel in-nisrani specjalment ahna, membri tat-Tielet Ordni ta' San Frangisk; bidla mill-hajja ghal Vangelu, u mill-Vangelu ghal hajja kif ghamel il-Fundatur taghna. Dan ghandu ssir billi nharsu sew lejn il-priedka tal-Beatitudnijiet fejn fiha ghandna naraw il-karatru veru ta' Sidna Gesu u x'ried ifisser meta qal ," jien ma gejtx biex inhassar il-ligi, izda biex nipperfezjona."

*Biex taqra il-kontenut shih tal-konferenza kklikja fuq dan il-link.

http://sfoformationmalta.blogspot.com/2009/03/irtir-randan-2009-minn-fr-ivan-scicluna.html



Joe Caruana.

No comments: