Ghal dan ix-xahar ta' Marzu l-Fraternita' ippreparat is-soltu rtir tar-Randan li sejjer issir nhar il-Hadd 15 ta' Marzu. Ic-celebrazzjoni Ewkarisitka sejra issir mill-Asssitent Spiritwali taghna Patri Hayden Williams OFMCap. Il-konferenza se jaghmila Patri Ivan Scicluna OFMCap.
Ghas-17 ta' Marzu ghandna it-tielet laqgha fis-sensiela gdida ta' laqgaht ta' Formazzjoni li qeghdin naghmlu din is-sena. Is-suggett ser ikun ; "Il-vizzju u l-virtu fil-kitbiet ta' San Frangisk." Il-kellimi huwa Patri Manwel Barbara OFMCap.
Ghal-lejl ta' Hamis ix-Xirka Patri Franco Fenech OFMCap sejjer ikun maghna bhal snin ohra biex flimkien inqattu siegha quddiem Gesu Sagramentat.
Nixtieqilkom paci u gid .
Joe Caruana
Ministru.
Wednesday, March 4, 2009
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment